Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Artikli

Mill-Ġetsemani sal-Golgota

Kitba ta' Marco Saliba


Ġerusalem, il-belt fejn mal-elfejn sena ilu seħħet l-aktar eżekuzzjoni magħrufa fl-istorja. Il-post fejn seħħ it-tmiem u l-bidu ta’ kollox, fejn skont Qajfa kien jaqbel li jmut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu (Ġw 11:50).


Imma sewwa sew, fejn ġara dan kollu? Hemm diversi raġunijiet li jagħmlu dan l-istħarriġ diffiċli, ewlenija fosthom l-assedju li sofriet Ġerusalemm fis-sena 70 W.K. F’Dan l-assedju brutali, il-leġjuni Rumani qerdu l-Belt għal kollox, b’ħafna mit-taqbid l-aktar qalil ikkonċentrat fl-inħawi tal-kalvarju ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Il-Belt inbniet mill-ġdid mill-imperatur Hadrian fit-tieni seklu W.Q. iżda matul l-aħħar elfejn sena, Ġerusalemm sfat assaltata mill-Persjani, l-Misilmin u l-Insara b’ħafna mis-siti sagri jinqerdu u jinbnew mill-ġdid.    

It-Teknika tal-Kartapesta Maltija u Carlo Darmanin

Victor Caruana B.A.(Hons), MA Storja tal-Arti.


Wahda mill-aktar teknici antiki fid-dinja hija dik tal-kartapesta, jew inkella dak il-metodu kif il-karta processata tintuza biex jinholqu affarijiet ohrajn tridimensjonali. Din it-teknika bdiet fic-Cina, fejn kienu jwebbsu l-karti b’passati ta’ laker u jaghmlu sahansitra elmi ghall-gwerrer (1). L-interess f’dan il-metodu infirex sal-Gappun u l-Persja fejn beda jintuza ghal affarijiet varji, fosthom ghall-hidma ta’ maskri, kaxxi mpittrin u anke ghal elementi dekorattivi. Wara dan, il-kartapesta tfaccat ukoll fis-swieq Ewropej u sas-sena 1670, kemm Franza kif ukoll l-Ingilterra bdew jipproducu huma stess oggetti maghmulin mill-kartapesta, sakemm fis-sekli 18 u 19, l-uzu taghha infirex aktar u sar popolari mmens.

L-Arti tar-Restawr

Intervista ma' Dun Charles Vella - Konservatur u Restawratur

"L-imħabba għall-arti kienet dejjem fija tant li min meta kont żgħir bdejt nimmudella fit-tafal imma fl-istess żmien li qaddist kont tlajt Milan u għamilt kors fir-restawr tal-bottega li kienet iffurmat skejjel ma reġjuni differenti fl-Italja. Din kien jisimha P.D.M. Proffesione didattica Moderna. Kienet twaqqfet minn restawraturi irtirati, li xi whud kienu magħrufin ħafna u għamlu xoghol importanti ta restawr. Dak iż-żmien l-italja kienet maqsuma f’zewġ unjins ta restawraturi, dawk tal-bottega, u dawk tal-istitut bħala akkademiċi. Qabel l-esperjenza tiegħi barra min Malta, fit-tmeninijiet, kont student ta l-iskola tal-arti f’Malta, kif ukoll studjajt ma restawraturi stabiliti f’Malta f’dak iz-zmien. ............"

Il-Passjoni ta’ Kristu fl-Erba’ Vanġeli Kanoniċi

Kitba ta' Marco Saliba


Fl-evanġelji għandna erba’ rakkonti separati tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, kull wieħed jikkumplimenta lill-ieħor. Nistgħu naslu għall-għarfien ċar u sħieħ tal-istorja kollha wara li neżaminaw u nqabblu dawn l-erba’ rakkonti evanġeliċi. L-ewwel tlett evanġelji li nkitbu, jiġifieri dawk ta' San Mark, San Mattew u San Luqa, li jissejħu s-Sinottici, jixbħu ħafna lil xulxin fit-tifsila tagħhom tal-ġrajja tal-Passjoni tant li nistgħu nissoponu li kien jeżisti fonti oriġinali bikri ħafna, forsi miktub, forsi mgħoddi bil-fomm minn dawk li raw b'għajnejhom, li serva bħala bażi għall-kitba ta’ dawn it-tliet evanġelisti. Jekk naqbdu dak li huwa komuni bejn dawn it-tliet evanġelji, nistgħu nobsru li dan il-fonti oriġinali kien jinkludi dawn l-episodji: ..........

0