Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

It-Teknika tal-Kartapesta Maltija u Carlo Darmanin (1825-1909)

Victor Caruana B.A.(Hons), MA Storja tal-Arti.

Wahda mill-aktar teknici antiki fid-dinja hija dik tal-kartapesta, jew inkella dak il-metodu kif il-karta processata tintuza biex jinholqu affarijiet ohrajn tridimensjonali. Din it-teknika bdiet fic-Cina, fejn kienu jwebbsu l-karti b’passati ta’ laker u jaghmlu sahansitra elmi ghall-gwerrer (1). L-interess f’dan il-metodu infirex sal-Gappun u l-Persja fejn beda jintuza ghal affarijiet varji, fosthom ghall-hidma ta’ maskri, kaxxi mpittrin u anke ghal elementi dekorattivi. Wara dan, il-kartapesta tfaccat ukoll fis-swieq Ewropej u sas-sena 1670, kemm Franza kif ukoll l-Ingilterra bdew jipproducu huma stess oggetti maghmulin mill-kartapesta, sakemm fis-sekli 18 u 19, l-uzu taghha infirex aktar u sar popolari mmens.


F’Malta, l-oghla forma tat-teknika tal-kartapesta tinsab fil-hidma tal-istatwi li nsibu fil-knejjes u fit-toroq tal-irhula taghna fil-granet tal-festi. Din it-teknika hekk kif uzata fil-forma tal-arti sagra figurattiva waslet f’pajjizna minn Sqallija u zviluppat u kibret indipendentament minn dik tal-girien taghna (2). Il-kartapesta Maltija tinhadem billi l-ewwel, l-istatwarju jahdem il-figura bicca bicca fit-tafal. Wara, huwa jdahhal pjanci rqaq fit-tafal u b’hekk ikun issepara l-parti ta’ quddiem minn ta’ wara tal-bicca partikolari tal-korp li jkun qed jahdem. Kif dan il-process ikun lest, huwa jitfa’ l-gibs fuq it-tafal sabiex johloq il-forma li, wara li tinxef u l-istatwarju jaqla’ l-bicciet ta’ wara u ta’ quddiem u jnehhi t-tafal minnha, tkun lesta biex titpogga l-kartapesta fiha. Il-kartapesta tkun giet ippreparata minn qabel billi l-karti jkunu gew imhakka, ghal aktar irfinizza, u mxarrba sakemm isiru qishom sustanza semi-solida. Din imbaghad titpogga fuq il-forma tal-gibs, u tithalla hemm sakemm tinxef u ssir qisha kartuna iebsa.


Hekk kif l-istatwarju jaqla’ l-bicciet kollha, jkun irid jghaqqad iz-zewg bicciet ta’ kull parti tal-korp flimkien u mbaghad jibda jifforma l-qaghda u l-pozizzjoni tal-figura partikolari madwar l-anima, li tkun maghmula minn seratizz tawwali li jehel mal-pedata li fuqha tkun ser titpogga l-istatwa. Wara li l-persunagg ikun ha l-qaghda tieghu, l-artist jibda jlibbsu u johrog il-pjiegi mixtieqa permezz ta’ xkejjer li jkunu inghataw kisja ta’ kolla tal-fenek u gibs Ingliz. Kif dawn jibbiesu, l-figura shiha tinghata mas-seba’ kisjiet ta’ gibs vergni li mbaghad iridu jkunu jigu xkatlati sabiex l-istatwa tkun fina kemm jista’ jkun. Kif dan il-process twil ikun lest, l-istatwarju jaghti z-zebgha lill-istatwa sakemm fl-ahhar din tkun lesta bid-dettallji kollha taghha.


Carlo Darmanin


L-aktar statwarju popolari Malti fit-teknika tal-kartapesta huwa Carlo Darmanin. Carlo twieled l-Isla fit-30 t’Awwissu 1825 u miet proprju mitt sena ilu, fl-1909 (3) . Huwa twieled f’familja li kienet il-proprjetarja tad-ditta Giuseppe Darmanin e Figli, u li kienet timporta l-irham u l-granit u tipproduci bosta xoghlijiet bhal monumenti, statwi, oqbra, kolonni, balavostri u pavimentar, kemm ghall-knejjes u anke ghall-kummissjonijiet tal-gvern Ingliz. Id-ditta G.Darmanin e Figli hadet sehem f’bosta wirjiet barra minn Malta fosthom l-“Exhibition of the Works of Industry of All Nations” li saret fl-1851 fil-Crystal Palace ta’ Londra, l-“Paris Exhibition” tal-1854, 1862 u l-1867 u l-“Colonial & Indian Exhibition” tal-1886 fejn rebhet bosta medalji ghax-xoghol ta’ kwalita’ gholja u precizjoni li pproduciet (4) . Minkejja dan is-success li gawda mal-familja tieghu u anke meta fetah ghal rasu l-kumpanija Carlo Darmanin e Figlio ma’ ibnu Cesare, Carlo baqa’ maghruf l-aktar ghall-istatwi tal-kartapesta li hadem matul il-karriera twila tieghu.

Dawn l-istatwi huma generalment maghmula fi stil Purista bi ftit hjiel ta’ Romanticizmu, kif kien popolari f’dawk iz-zminijiet. L-importanza kienet tinghata l-aktar fuq l-aspett devozzjonali tal-figura u l-pozi teatrali tal-Barokk kienu jigu evitati kemm jista’ jkun. L-istil ta’ Carlo Darmanin kien jaqbel hafna mal-istil li kien qed juza fil-pittura Giuseppe Calleja (1828-1915), alljiev tal-esponent ewlieni tan-Nazzareni f’Malta – Giuseppe Hyzler. Mhux ta’ b’xejn allura, li Calleja – li kien anke jipprovdi d-disinji ghax-xoghol li l-kumpanija G.Darmanin e Figli kienet tahdem fl-irham - kien ifahhar hafna lil Carlo Darmanin fil-kitbiet tieghu fil-gazzetti ta’ dawk iz-zminijiet (5) . Huwa kien ghamel ukoll analizi kritika tal-vari tas-Salvatur ta’ Hal Lija [ritratt xellug] u tal-Madonna tad-Duttrina fil-knisja l-qadima ta’ Santa Katarina fiz-Zejtun fir-rivista L’Arte (6).


Carlo Darmanin kien jahdem il-kartapesta bil-mod tradizzjonali Malti hekk kif deskritt aktar ‘il fuq, izda t-teknika tieghu kellha xi karatteristici li jiddistingwuha minn dik ta’ statwarji ohrajn. Tendenza partikolari tieghu kienet il-mod li bih kien iwahhal iz-zewg nofsijiet tal-partijiet tal-korp tal-istatwa, fejn kien juza bicciet irqaq ta’ xoqqa jew tila bil-kolla fuq ix-xquq. Huwa kien japplika wkoll kisja hoxna ta’ gibs fuq il-kartapesta tieghu biex ix-xoghol jigi aktar b’sahhtu, filwaqt li kien isammar l-anima tal-istatwa mal-pedata taghha. It-tul tal-personaggi fl-istatwi ta’ Carlo jvarjaw fil-qies taghhom. L-aktar qies komuni kien dak ta’ hames piedi u tmien pulzieri, bl-irjus ikollhom tul ta’ tmien pulzieri. Ezempji ta’ vari b’dan il-qies jinkludu lil Kristu fl-Ort fil-parrocca ta’ Bormla u l-Veronika fil-Mosta. Insibu wkoll statwi b’tul ta’ sitt piedi, bhal ma hi l-vara tat-Tradiment ta’ Guda f’Hal Qormi. F’certu kazi, Carlo Darmanin kien jipproduci wkoll statwi ta’ tmien piedi. Dawn kienu jissejjhu ‘kolossali’ u generalment kienu jinkludi statwi li kienu jitpoggew fit-toroq fil-granet tal-festi. Fost dawn insibu l-istatwi ta’ Kostantinu l-Kbir f’Birkirkara (festa ta’ Sant’Elena) u Guditta fin-Naxxar. Il-polikromija, jew kulur, tal-istatwi ta’ Carlo Darmanin kienet pjuttost cara – rizultat tal-influwenza Vittorjana ta’ dawk iz-zminijiet – u kienu jkunu maghmula minn bjankett, kuluri tat-trab kif ukoll kuluri taz-zejt.

L-istatwi ta’ Darmanin huma ddominati minn certu hlewwa, li tigi murija mill-pozi eleganti u delikati tal-figuri u enfasizzata bl-ucuh fini u raffinati u t-tbissima helwa taghhom. Min-naha l-ohra, ghandhom ukoll mudellatura tajba bi pjiegi puliti li huma mpoggija fuq il-figura b’mod naturali u li juru l-anatomija li hemm tahthom. Fost l-aktar statwi ta’ Carlo Darmanin li juru dawn il-karatteristici b’mod daqshekk car insibu l-vara l-antika ta’ San Leonardu li huwa hadem fl-1877 ghar-rahal ta’ Hal Kirkop [ritratt lemin]. Din ix-xbiha hija nieqsa minn kull moviment eccessiv u l-attenzjoni tal-ispettatur tmur direttament lejn il-harsa safja u helwa tal-abbati qaddis. Dawn l-elementi jaghmluha statwa tipikament Purista, l-istess kif inhuma l-personaggi tar-Re Clodoveo u San Remig li jintramaw fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ Hal Kirkop matul il-festa titulari [ritratt taht]. F’dan il-kaz, naraw kif ir-Re Clodoveo huwa aktar ristrett fil-moviment tieghu u anke l-pjiegi tal-ilbies jinzlu dritti bir-rizultat li jaghtu certa rigidita’ lill-figura. L-isqof San Remig, min-naha l-ohra, ghandu qaghda aktar naturali u l-mudellatura tal-ilbies taghti ftit hjiel ta’ moviment fl-istatwa.


Harsa lejn it-tipologija tal-ucuh uzati fl-istatwi ta’ Carlo Darmanin turi li kien jaghmel uzu mill-istess fattizzi Romantici ghal kull generu. B’hekk naraw li l-figuri femminili ghandhom ucuh ovali, halq zghir, b’geddum zghir u tond u kpiepel tal-ghajnejn hoxnin. Ix-xaghar huwa generalment twil u folt, b’ferq fin-nofs jew bi troffa wieqfa fuq quddiem. Il-personaggi maskili ghandhom wicc aktar trijangolari, u fejn ikun il-kaz, b’daqniet goffi u nnukklati. Figuri ta’ tfal u puttini huma kkaratterizzati minn ucuh tondi, mohh kbir, haddejn impahphin u xaghar qasir li spiss ikun innukklat (7) .

Jinghad li l-forom ghall-istatwi li hadem Carlo Darmanin kien impurtahom mill-Italja, mill-istess kuntatti li kienu jintuzaw biex igib l-irham tal-kumpanija ta’ missieru (8) . Jekk dan huwa minnu, huwa seta’ gab minn tal-anqas tmien forom ta’ ucuh, li huma ta’ Kristu (bhal dak tal-bust tal-Ecce Homo fil-parrocca ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema), ragel xih bid-daqna (bhal Mose’ u Elija fil-vara tat-Trasfigurazzjoni f’Hal Lija), zewg subien (bhal dawk li jinsabu fil-vara tal-Madonna tad-Duttrina fil-knisja l-antika ta’ Santa Katarina fiz-Zejtun), zewgt ucuh femminili (bhal dawk tal-Madonna tar-Ruzarju f’Hal Qormi - San Gorg, u tal-Madonna tad-Duttrina fiz-Zejtun), anglu (bhal dawk li jdawwru l-Monument fil-knisja ta’ Giezu fil-Belt) u tfajjel ckejken (bhal dak tal-Bambin fl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju f’Hal Qormi - San Gorg). Huwa difficli mmens biex wiehed jaghti l-provi ta’ jekk dan hux veru jew le, izda studju analitiku ta’ dawn l-ucuh juri li huma pjottost differenti minn dawk li beda juza Carlo Darmanin aktar tard fil-karriera tieghu. Min-naha l-ohra, ipotezi ohra tista’ taghti aktar krettu lill-istatwarju, ghax tghid li Carlo Darmanin immudella l-partijiet differenti tal-istatwi huwa stess, izda b’karatteristici li juru s-sbuhija ideali. Jista’ jaghti l-kaz li meta mbaghad Darmanin qabad it-triq tas-success f’din l-ghalqa tal-istatwi tal-kartapesta u sar aktar kunfidenti fit-teknika, huwa rega’ mmudella numru ta’ ucuh li did-darba ibbazaghhom fuq il-fattizzi tal-familjari tieghu stess – fattizzi li saru sinonimi ma’ dan l-istatwarju mis-snin tal-1880 ‘l quddiem. 

L-ewwel vari ta’ Carlo Darmanin huma kkaratterizzati minn certu rfinezza u delikatezza fil-hidma taghhom, fejn jispikkaw id-dettallji fil-hidma tax-xaghar u l-mudellatura tal-figuri. Probabilment, l-iskop ghal dan kien li l-istatwarju xtaq jilhaq livell fix-xoghol tieghu li jkun simili ghal dak tal-istatwi li kienu qed jigu mportati minn barra u ghal dawk li kienu gew - jew kienu qed jigu mahduma - minn skulturi Maltin fl-injam. Jidher li wara li Darmanin beda jaghmel isem ghalih inniffsu f’din l-arti, huwa warrab dik l-incertezza u biza’ mix-xoghol barrani u beda johrog aktar it-timbru tieghu f’xoghlu. Dan ifisser li d-dettallji twarrbu u bdew jigu enfasizzati aktar dawk l-elementi li ssemmew aktar ‘l fuq, bhax-xaghar bit-troffi kbar u l-panneggi kbar, wiesa u naturali fl-ilbies. Jista’ jaghti l-kaz ukoll li dan il-fattur hareg aktar fl-artist meta beda jipproduci l-istatwi ghall-barra fl-uzu ghall-festi Maltin, fejn dawn jigu armati fuq pedestalli u kolonni gholjin u allura d-dettallji jintilfu. L-istatwarju ghalhekk ra li l-aktar haga mportanti ma baqghax id-dettall imma l-aspett generali tal-istatwa.


Minbarra l-fatt li l-istil li kien juza Carlo Darmanin fl-istatwi tieghu kien jappella ghall-popolin u ghalhekk sar poplari mmens, fejn seta’ huwa kien originali fil-kompozizzjonijiet tieghu – haga li kompliet ziedet il-popolarita’ tieghu f’pajjizna u anke barra minn xtutna (9) . 

Naraw kif meta hadem l-istatwa tat-Trasfigurazzjoni f’Hal Lija, huwa mhux biss irnexxielu johloq xena difficli li qabel kienet giet murija biss f’pittura izda wiehed jista’ jimmagina l-ammirazzjoni tan-nies meta raw dawk il-figuri mtajjrin fuq is-shab, b’saqajhom mghollijin u ma jzommu ma xejn – abilta’ teknika li daqsha ma kienx ghadu deher f’pajjizna sa dawk iz-zminijiet tas-seklu dsatax, lanqas fir-rapprezentazzjonijiet ta’ Kristu Rxoxt (10) . Carlo Darmanin gibed l-attenzjoni tan-nies ukoll meta zzanznet l-istatwa ta’ Kristu fl-Ort fil-Parrocca ta’ Bormla fl-1878, fejn ghall-ewwel darba dehret f’pajjizna xena ta’ dan is-suggett b’zewg angli isabbru lill-figura ta’ Kristu. [ritratt lemin] Fl-1895, Darmanin rega’ hareg b’invenzjoni ohra meta, ispirat mill-vizjonijiet tas-soru mistika Germaniza Anna Katerina Emerich (1774-1824), huwa pproduca ghall-parrocca tal-Mosta vara tal-Veronika b’tifla magenbha zzomm garra bl-ilma. Fl-1908, imbaghad, huwa gie kkummissjonat biex ghall-ewwel darba fl-istorja tal-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira f’Malta, huwa johloq xbiha tat-Tradiment ta’ Guda ghall-parrocca ta’ Hal Qormi – vara li wittiet it-triq ghal raprezentazzjonijiet simili f’purcissjonijiet differenti u sahansitra saret titqies bhala parti mis-sett tradizzjonali ta’ vari tal-Passjoni.

Il-mewt ta’ Carlo Darmanin f’Novembru tal-1909 gabet maghha t-tmiem ta’ karriera artistika li tat kontribut enormi fl-arti sagra tal-iskultura f’pajjizna. Permezz ta’ dan l-istatwarju, it-teknika tal-kartapesta f’Malta inghatat apprezzament gdid u permezz t’hekk, esperjenzat l-aktar perjodu popolari taghha. B’hidmietu u l-istil li kien ihaddan, Carlo ghaqqad u bbilancja l-interess tal-popolin - li kien qieghed dejjem jinvolvi ruhu f’ezekuzzjonijiet t’ oggetti artistici, fosthom statwi – u l-gosti artistici tal-knisja, li kienet tapprova l-elementi Puristici u devozzjonali fl-istatwi ta’ Darmanin. Madanakollu, xi kultant dan kien iwassal biex certu statwi kienu jkunu pjuttost medjokri u melodrammatici minhabba l-enfazi qawwija fuq il-hlewwa generali taghhom. Jibqa’ l-fatt, pero’, li Carlo Darmanin baqa’ l-isem sinonimu mal-kartapesta Maltija mhux biss minhabba xoghlu imma anke minhabba l-influwenza li halla f’din il-fergha tal-arti wara mewtu. Dan permezz tal-alljievi Carmelo Mallia “il-Lhudi” (1880-1931) u Giuseppi Cilia “il-Bellettu”, li baqghu juzaw il-forom u l-istil tax-xoghol tieghu sal-ewwel ghexieren ta’ snin tas-seklu ghoxrin.


[1] Instabu ezempji minn dawn li jmorru lura ghad-dinastija Han li tkopri s-snin 202 QK u 220 WK.

[2] Ghal aktar informazzjoni fuq it-teknika tal-kartapesta Maltija u d-differenza bejnha u dik ta’ Lecce, ara Victor Caruana, The Art of Papier-mache’ in Malta between the 19th and early 20th centuries: Technical and Art Historical Considerations, pp. 13,14, tezi tal-M.A. mhux ippublikata u pprezentata lill-Programm tal-Istorja tal-Arti, Fakulta’ tal-Arti fl-Universita’ ta’ Malta, Ottubru 2005. Din it-tezi kienet saret taht is-supervizjoni ta’ Dr. Keith Sciberras.

[3] Ghal aktar informazzjoni fuq Carlo Darmanin, ara V.Caruana, 2005, Kapitlu 2, p.62.

[4] Michael Ellul, History on Marble: a Corpus of Inscriptions in the Presidential Palaces of Valletta, San Anton and Verdala, Malta, Malta 1998, pp.57-60.

[5] L-Ordine, 29 ta’ Gunju 1860. F’dan l-artiklu, l-affinita’ bejn ix-xoghol imwettaq mid-ditta ta’ missier Carlo Darmanin u d-disinji ta’ Calleja tigi mfahhra.

[6] L’Arte, Nru.40, 7 ta’ Lulju 1864 u Nru.62, 7 ta’ Gunju 1865. Huwa kien ukoll jikkritika lil dawk li kienu jordnaw statwi minn barra minn Malta, aktar u aktar meta dawn ma kienux ta’ livell, u jghid li hawn Malta ghandna nies kapaci bhal Carlo Darmanin li jigu mwarrba. Dan gara’ fil-gurnal l’Ordine tal-4 t’Ottubru 1861, fl-okkazjoni tal-kxif tal-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju fil-parrocca tal-Floriana li kienet ingiebet minn Franza.

[7] Dawn il-karatteristici gew addattati ghall-pittura minn Giuseppe Cali’ (1846-1930) li l-karriera artistika tieghu fl-ezekuzzjoni ta’ pittura sagra bdiet xi ghaxar snin wara dik ta’ Carlo Darmanin.

[8] Komunikazzjoni personali mal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, li rrefera ghal dak li kien jghid missieru, l-istatwarju Wistin Camilleri.

[9] Fost l-istatwi li Carlo Darmanin hadem ghal barra minn Malta, nsibu l-Madonna ta’ Pompeii ghal knisja f’Alessandria (l-Egittu) u d-Duluri ghall-Kattidral ta’ Tunes.

[10] Ir-rapprezentazzjoni ta’ Kristu Rxoxt hija l-aktar suggett fejn il-poza tirrikkjedi qaghda ta’ bniedem maqtugh mill-art.

Il-Vari Ta' Karlu Darmanin Fil-Gimgha L-Kbira F'Malta

0