Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Id-Devozzjoni lejn id-Duluri

Id-Devozzjoni lejn id-Duluri

Kitba u ricerka ta’ John Dimech

“Kien hemm wieqfa hdejn is-salib ta’ Gesu ommu, oht ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala.” (mill-evangelju skond San Gwann 19:25)

Id-devozzjoni lejn id-Duluri f’Malta ghandha gheruq fil-fond hafna. Il-Knisja ticcelebra id-Dulur ta’ ommna Marija darbtejn fis-sena, fil-15 ta’ Settembru kif ukoll gimgha qabel il-jum tal-Gimgha li ahna l-Maltin tant tajjeb insejhu bhala l-Kbira. F’dawn il-jiem eluf ta’ Maltin jterrqu wara x-xbiha tal-Addolorata bl-akbar qima fil-gabra tat-talb kif ukoll biex jwettqu l-weghdi taghhom.


Jinghad li din it-tifkira bdiet fis-seklu 15 f’Cologne fil-Germanja bhala tpattija tal-erezija ta’ John Hus. Fil-bidu tas-seklu sbatax din id-devozzjoni qabdet fi Franza u kienet maghrufa bhala Dominae Pietate. Kien il-Papa Benedittu XIII meta nhar it-22 ta’ April 1725 ordna li din il-festa kellha tkun iccelebrata mill-Knisja Universali. Minn hawn kompliet tinxtered aktar din il-qima lejn id-Duluri. Fi Spanja, partikolarment fi Granada bdiet tissejjah bhala Nuestra Senora de Las Agustas u f’postijiet ohra kienet maghrufa wkoll bhala Nuestra Senora de Solidad biex tfakkar is-solitudni tal-Madonna. Aktar tard il-Papa Piju VII wettaq riforma fil-kalendarju liturgiku u rregistra d-data tal-15 ta’ Settembru bhala jum it-tifkira ta’ Marija Addolorata fl-1814.

Id-devozzjoni lejn id-Duluri wasslet ukoll biex f’Malta bdew jitwaqqfu ghadd ta’ Fratellanzi madwar l-ibliet u l-irhula taghna. L-ewwel Konfraternita tad-Duluri twaqqfet f’Hal Ghaxaq fl-1684. Fil-Belt Valletta nsibu li twaqqfet fit-12 ta’ April 1765 bl-isem ta’ Pia Sodalita’ Dell’Addolorata. Kien Patri Alessio Petroni mis-Servi di Maria, li kien f’Malta biex jaghmel l-ezercizzi fil-Kon-katidral ta’ San Gwann, li gie muri x-xewqa li ghadd ta’ devoti jissiehbu f’Konfraternita. Ghalkemm nafu li fil-Mosta kien hawn devozzjoni lejn l-Addolorata sa minn qabel is-seklu tmintax, din il-Fratellanza kienet l-ahhar wahda li twaqqfet fis-sena 1886. U dan bir-ragun ghax il-Mostin f’dik il-medda ta’ snin kienu mehdijin bil-bini tar-Rotunda. Fl-ewwel snin tal-hajja taghha, l-Fratelli tad-Duluri hasbu biex jordnaw xbiha tal-Addolorata biex tkun meqjuma kif jixraq. Gie mqabbad l-iskultur Mosti Mastru Salv Dimech li naqqax fl-injam statwa helwa ta’ Marija Addolorata. Imma ftit zmien wara dawn il-Fratelli kienu ssahhru fuq l-istatwa ta’ San Guzepp li l-Fratellanza tieghu kienet ordnat minghand Gaillard et Fils ta’ Marsilja, u ma damux ma ordnaw wahda huma wkoll. Illum din l-istatwa tal-kartapesta hija mizmuma fin-nicca int u diehel fir-Rotunda mill-biex tax-xellug. L-istatwa ta’ Dimech jinghad li ghamlet hafna zmien fil-kannierja tar-Rotunda u kien bit-thabrik ta’ Dun Ang Camilleri li llum nistghu ngawdu din l-opra tal-arti li hija mizmuma fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Gesu.

Is-seba Duluri tal-Madonna


Matul is-snin id-devozzjoni lejn l-Addolorata kompliet dejjem aktar tikber. Bdiet dik li bdiet tissejjah bhala l-Via Matris, devozzjoni lejn is-seba Duluri tal-Madonna. Fl-1864 fuq l-inizzjattiva ta’ Dun Guzepp Grixti saru seba kwadri li juru s-seba Duluri tal-Madonna. Dawn saru fl-Oratorju tal-Kurcifiss fil-Belt. Lejn l-ahhar tas-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20 f’diversi parrocci madwar Malta bdew jitwaqqfu t-Terz Ordni tas-Servi di Maria li komplew ikattru d-devozzjoni lejn il-Madonna permezz tal-Via Matris. F’diversi knejjes f’Malta nsibu xbihat tas-seba duluri fosthom fil-parrocci ta’ Stella Maris u ta’ San Girgor f’tas-Sliema, fin-Naxxar, f’Birkirkara, il-knisja tal-Porto Salvo fil-Belt, fl-Isla u Bormla kif ukoll fil-Knisja tal-Gizwiti tal-Belt u fil-Knisja ta’ St.Marija ta’ Hal Lija. Tajjeb infakkru s-seba Duluri tal-Madonna li huma:


L-ewwel Dulur - Il-profezija ta’ Xmun waqt il-prezentazzjoni ta’ Gesu fit-Tempju meta qal lil Madonna “....... u sejf ghad jinfidlek qalbek.”


It-tieni Dulur - Il-harba lejn l-Egittu

.

It-tielet Dulur - Gesu jintilef fit-Tempju


Ir-raba Dulur - Il-Madonna tiltaqa ma’ binha Gesu fit-tela lejn il-Kalvarju.


Il-hames Dulur -Il-mewt ta’ Gesu Kristu.


Is-sitt Dulur - Il-Madonna b’binha Gesu mejjet fi hdanha.


Is-seba Dulur - Il-Madonna prezenti waqt id-difna ta’ Gesu.

Sawm


Dari akar mil-llum l-osservanza tas-sawm kienet aktar stretta. Mal-jum tad-Duluri kienet marbuta sawma specjali maghrufa bhala s-Sawma tas-Seba Bukkuni. Min kien isegwi din is-sawma, l-aktar in-nisa u t-tfal, kienu johorgu jittalbu seba bukkuni (bicciet tal-hobz) minghand seba familji differenti.


Matul il-jum kienu jieklu dak biss dawk il-hobz li jkunu gabru flimkien mal-ilma. Hafna baqghu jiftakruha wkoll bhala sawma hobz u ilma. Biex is-sagrificcju tas-sawma jkun akbar, min ikun qieghed jaghmle din is-sawm ma kienx jiekol il-bukkuni kollha hu, imma kien iqassam minnhom ukoll lill-fqar.


Ma’ din is-sawma hemm ukoll marbuta taqbila li kienu jghiduha t-tallaba bieb bieb:

F’gieh in-niket tad-Duluri,

Loqma hobz jahasra tuni,

F’din is-sawma hobz u ilma

Ghandi bzonn seba bukkuni.

L-Addolorata fl-Arti


Matul il-medda ta’ hafna snin, l-insara ma naqsux li jesprimu d-devozzjoni taghhom lejn id-Duluri permezz ta’ diversi forom tal-arti. Uhud minn dawn ma jesprimux biss il-qima tad-devoti izda huma wkoll mezz ta’ radd il-hajr lil Madonna talli tkun helsithom minn xi gwaj. Hekk per ezempju gara wara l-pesta tal-1590 meta kienet inbniet knisja ddedikata lid-Duluri fl-inhawi maghrufa bhala Dahlet il-Qrajten, illum maghrufa bhala l-Pieta, fejn indifnu hafna Beltin u Furjanizi vittmi ta’ din il-marda qerrieda. Kappelli ohra ddedikati lid-Duluri nsibuhom imferxin madwar Malta u Ghawdex fosthom wahda fil-Mosta li tinsab fi triq it-Torri, mizmuma b’tant ghozza mill-familja Agius.Ma nonqsux li nsemmu tant opri tal-arti li jirraprezentaw id-Duluri tal-Madonna li huma esposti fil-Knejjes taghna kif ukoll fid-djar privati. Fuq kollox ix-xbiha tad-Duluri fil-purcissjonijiet li jsiru madwar Malta u Ghawdex li ghadha tigbed warajha eluf ta’ fidili. F’dan l-ispazju limitat zgur ma nistghux nidhlu fil-fond u nsemmu tant rapprezentazzjonijiet tad-Duluri tal-Madonna f’dik li hi arti sagra madwar id-dinja kollha. Fil-qasam muzikali ma jonqosx ukoll li jigi ttrattat dan is-suggett. L-innu Stabat Mater huwa wiehed mill-isbah innijiet f’gieh Marija Addolorata. Dan huwa miktub f’forma ta’ talba u nkiteb fiz-Zminijiet tan-Nofs. Matul is-sekli kienu bosta kompozituri li ttrattaw dan is-suggett fix-xogholijiet muzikali taghhom. Hawnhekk insemmu biss dawk l-aktar maghrufa bhal Karol Szymanovski, Seffani, Scarlatti, Boccherini, Haydn, Schubert, Dvorak, Pergolesi u Rossini.


Riferenzi:


Studies in Maltese Folklore – Joseph Cassar Pullicino, 1976


L-Istorja ta’ Malta bil-Gzejjer Taghha – P.P.Castagna


Ir-Randan f’Malta u drawwiet l-imghoddi – Sliem u Hajja, Randan 1989


Holy Customs of the Maltese – V.Busuttil, 1922

0