Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Il-Via Sagra Fuq L'Għolja Ta' Għammar

Il-Verġni Mqaddsa Ta’ Pinu talbet lil Franġisku Portelli biex ixerred id-devozzjoni lejn il-pjaga l-moħbija ta’ spallet Kristu, ikkawżata mit-toqol tal-għuda tas-salib. Għalhekk, wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, numru żgħir ta’ devoti bdew jorganizzaw mixja ta’ tpattija tul il-passaġġ wieqaf li jagħti għall-Għolja ta’ Għammar, faċċata tas-Santwarju Ta’ Pinu.


Saret proposta biex fuq il-ġenb tal-għolja titqiegħed Via Crucis ħalli hekk il-pellegrini jkunu jistgħu jimxu sa fuq l-għolja u matul it-triq jimmeditaw il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej.


Il-mudelli oriġinali tal-istatwi nħadmu minn Alfred Camilleri Cauchi u ġew ikkummissjonati mir-rettur Mons. Lawrenz Portelli fl-1970 lid-ditta Taljana Tiemistocle Sarti, taħt id-direzzjoni tal-artist Gualtiero Luisi. Mons. Beneditt Camilleri, is-suċċessur ta’ Mons. Portelli bħala rettur tal-bażilika fil-15 ta’ Ġunju 1980, wera interess partikulari f’din il-Via Crucis, u mhux biss kabbar il-passaġġ li miz-zuntier Ta’ Pinu jieħdok għal fuq l-Għolja Ta’ Għammar, imma ħa ħsieb ukoll jiżra’ s-siġar matulu u li jinbena anfiteatru fuq il-quċċata tal-għolja.


Illum il-ġurnata, fil-Ġimgħa Mqaddsa fuq l-Għolja ta’ Għammar tiġi organizzata l-meditazzjoni tat-Triq tas-Salib, li titmexxa mill-E.T. Mons Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, bis-sehem tal-fidili mid-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll minn Malta.

L-Ewwel Stazzjon - Ġesù jagħmel l-Aħħar Ikla mad-Dixxipli Tiegħu

Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. (Ġw 13:1) 

It-Tieni Stazzjon - Ġesu' Jitlob fil-Ġnien taż-Żebbuġ

Imbagħad ħareġ u mar bħas-soltu fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, u d-dixxipli wkoll marru miegħu. Kif wasal hemmhekk qalilhom: “Itolbu li ma tidħlux fit-tiġrib”. Imbagħad tbiegħed minnhom daqs tefgħa ta’ ġebla, u nxteħet għarkupptejh jitlob u jgħid: “Missier, jekk inti trid, warrab minni dan il-kalċi! Iżda tkun magħmula r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi”. (Lq 22:39-43) 

0