Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Ghammar Stazzjon 12-14

Il-Via Sagra Fuq L'Għolja Ta' Għammar

It-Tnax-il Stazzjon - Ġesu' Fi Ħdan Ommu Marija

Xħin sar filgħaxija, ġie raġel għani minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta’ Ġesù; mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta’ Ġesù. Imbagħad Pilatu ordna li jingħatalu. (Mt 27, 57-58)

It-Tlettax-il Stazzjon - Ġesu' Midfun f'Qabar Ġdid

Ġużeppi minn Arimatija u Nikodemu ħadu l-ġisem ta’ Ġesù u kebbewh fil-faxex tal-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna. Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f’dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd. Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib. (Ġw 19:40-42) 

L-Erbatax-il Stazzjon - Ġesu Jqum Glorjuż Mill-Mewt

 Marija daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù… Ġesù sejħilha: “Mirjam!”. Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: “Rabbuni!”, jiġifieri “Mgħallem”. Ġesù qalilha: “La tmissnix, għax għadni ma tlajtx għand il-Missier; imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla’ għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom”. (Ġw 20:14-17)

Home

0