Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Ghammar Stazzjon 3-5

Il-Via Sagra Fuq L'Għolja Ta' Għammar

It-Tielet Stazzjon - Ġuda Jittradixxi lil Ġesu'

"Kif kien għadu jitkellem, waslet ġemgħa nies. Quddiem kien hemm dak li jismu Ġuda, wieħed mit-Tnax, u dan resaq lejn Ġesù biex ibusu. Imma Ġesù qallu: “Bewsa għażilt, Ġuda, biex tittradih lil Bin il-bniedem?”. (Lq 22:47-48)

F’dan il-grupp statwarju kompost minn tlett figuri jispikka l-istil dinamiku li tiegħu nistgħu ngħidu li Alfred Camilleri Cauchi kien il-pijunier. Hawnhekk naraw żewġ aspetti oriġinali; l-appostlu li donnu mistoħbi wara Ġesu’, bezgħan minn dak li qed iseħħ, waqt li fuq wara tal-figura ta’ Ġuda nsibu x-xitan biswit it-traditur iżda fl-istess ħin, qed jistkerrah il-presenza tal-Iben t’Alla. Dan l-istazzjon ma jagħmilx parti mill-'Via Sagra' tradizzjonali iżda nsibuh f'diversi settijiet ta' vari proċessjonali f'Malta u Għawdex.

Ir-Raba' Stazzjon - Ġesu Kkundannat Għall-Mewt

Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: “Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-Messija?”… Huma aktar bdew jgħajtu u jgħidu: “Sallbu!”… Imbagħad telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh. (Mt 27, 17-26)

Dan ir-raba stazzjon jirrapprezenta nfatti l-ewwel stazzjon fil-'Via Sagra' tradizzjonali. Hawnhekk naraw lil Gesu liebes il-kuruna tax-xewk, wara l-flagellazzjoni qed jigi kkundannat ghall-mewt bla htija fuq is-Salib. Kompożizzjoni simili narawha fil-vara tal-Ecce Homo li Camilleri Cauchi ħadem aktar tard għal-purċissjoni ta Ħal Qormi, fejn naraw lil Ġesu u l-qassis il-kbir flimkien mal-figura ta' Pilatu.

Il-Ħames Stazzjon - Ġesu' Jiltaqa' Ma Ommu Marija

Xmun qal lil ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Israel… u inti wkoll sejf jinfidlek ruħek!”. Ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ. (Lq 2:34-35. 51)

0