Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Ghammar Stazzjon 6-8

Il-Via Sagra Fuq L'Għolja Ta' Għammar

Is-Sitt Stazzjon - Ġesu' Jaqa' Taħt Is-Salib

Ebda sura ma kellu, u ebda ġmiel biex inħarsu lejh, jew xi sura biex nitgħaxxqu bih. Kien imżeblaħ u mwarrab mill-bnedmin… Iżda hu refa’ fuqu l-mard tagħna, tgħabba bin-niket tagħna… kien miġruħ minħabba fi dnubietna, misħuq minħabba fi ħżunitna. (Is 53:2-5)

Is-Seba' Stazzjon - Ġesu Jiltaqa man-Nisa ta' Ġerusalem

Kotra kbira ta’ nies kienet miexja warajh. Fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh. Imma Ġesù dar lejhom u qalilhom: “Nisa ta’ Ġerusalemm, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom… Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?”. (Lq 23,26-31)

It-Tmien Stazzjon - Xmun Ċirinew Jgħin lil Ġesu Jġorr Is-Salib

Huma u sejrin bih, qabbdu ’l wieħed Xmun minn Ċirene, li kien ġej mir-raba’, u għabbewh is-salib, biex iġorru wara Ġesù. (Lq 23:26)

Home

0