Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Ghammar Stazzjon 9-11

Il-Via Sagra Fuq L'Għolja Ta' Għammar

Id-Disa' Stazzjon - Ġesu Jitneżża minn Ħwejjġu

 Wara li sallbu lil Ġesù, is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qasmuh f’erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom. U ħadu wkoll it-tunika; din kienet libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s’isfel. Ftiehmu bejniethom u qalu: “Ma nqattgħuhiex, iżda nitfgħu x-xorti għaliha u lil min tmissu jeħodha”. (Ġw 19:23-24)

L-Għaxar Stazzjon - Ġesu Jiġi Msallab mas-Salib

U wassluh f’post jismu Golgota, li jfisser post il-Qorriegħa. U tawh jixrob inbid imħallat bil-mirra, imma hu ma riedx jieħu minnu. Imbagħad sallbuh… Kienet it-tielet siegħa xħin sallbuh. Il-kitba li turi l-ħtija tal-kundanna tiegħu kienet tgħid hekk: “Is-Sultan tal-Lhud”.(Mk 15, 22-26)

Il-Ħdax-il Stazzjon - Ġesu' Jmut Fuq Is-Salib

Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok”. U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: “Kollox mitmum!”. Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu.(Ġw 19, 26-27.30) 

Home

0