Shopping Cart
Your Cart is Empty
Quantity:
Subtotal
Taxes
Shipping
Total
There was an error with PayPalClick here to try again
CelebrateThank you for your business!You should be receiving an order confirmation from Paypal shortly.Exit Shopping Cart

Il-Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira F'Malta

L-Arti, it-Tradizzjonijiet u l-Fidi fil-festi tar-Randan Imqaddes

Il-Purċissjoni Tal-Ġimgħa L-Kbira f'Horsley Park L-Awstralja

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Horsley Park bdiet bl-inizzjativa tal-Kappilan ta’ dak iż-żmien u l-entużjażmu tal-parruċċani u l-komunita’ Maltija ta’ NSW.

F’Novembru, 1986, Fr. Philip Gambin mssp, esprima ix-xewqa tiegħu lil mejjet Joe Mangion (Tar-Ranbaba) u lil Joe Fenech (Tal-Barkun) – it-tnejn mil-Mosta – biex tigi organizzata purċissjoni b’vara tad-Duluri għax kien jaf li n-nies kienu se japprrezzaw din l-inizzjativa. Waqt li kienu qed jiddiskutu dan il-proġġett, Fr. Philip ftakar li f’kripta ta’ kunvent f’Melbourne, Victoria, kien hemm vara tad-Duluri mimlija trab u għanqbud. Wara li saru il-kuntatti u arranġamenti meħtieġa, bagħat xi parruċani biex iġibuha lejn Horsley Park. Fr. Philip sab xi nies li kienu interesati biex jorganizzaw din il-purċissjoni u għaqqad Kumitat. Għalkemm il-ħin kien limitat, il-mejjet Joe Borġ ħadem bis-sħiħ biex il-pedestal tal-vara ikun lest fil-ħin.


Fl-1987, ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira, il-vara ġiet armata fil-Knisja. Ftit żgħażagh esprimew interess biex jipparteċipaw bħala suldati Rumani. Għalhekk, inkrew x’ilbiesi. Ħafna nies, kemm mil-parroċċa u minn barra l-parroċċa, ingħaqdu wara d-Duluri jireċitaw it-talb. Dik il-ġurnata stess, parruċċan qal lil Fr. Philip li xtaq jagħti donazzjoni biex ikun hemm vara oħra. Il-Kumitat iddeċida li t-tieni vara tkun il-Vara l-Kbira. Hekk beda l-iżvilupp għat-tkabir tal-purċissjoni: Il-flus għal kull vara ġew mogħtija minn benefaturi u donazzjonijiet ħallsu għal bandalori, ilbiesi u simboli. F’Mejju ta’ l-istess sena skultur minn Melbourne, Giuseppe Giansiracusa, ġi kkummissjonat biex jagħmel il-vara. Għalhekk, il-puċissjoni ta’ 1988 kellha żewġ vari u numru sustanzjali ta’ lbiesi ġodda.

Il-kommunita’ ħadet il-purċissjoni bil-qalb u daħlu aktar donazzjonijiet għal vari ġodda. Din id-darba l-Kummitat iddeċida li jikummissjona lil Chev. Alfred Camilleri Cauchi, skultur Malti ta’ fama internazzjonali, biex jagħmel żewġ vari oħra. Is-sena 1989 kienet waħda ta’ ħafna xogħol għall-Kumitat. Għall-ewwel darba saret l-essibizzjoni taċ-Ċenaklu. Is-sebgħa bandalori bl-aħħar kliem li Ġesu’ qal fuq is-Salib ġew mgħamula. Dawn kienu ix-xogħol tal-mejjet Charlie Grech u martu Jessie. Matul is-sena, sar ftehim mal-Gvern Malti biex jiġi sponsorjat it-traġitt tal-vari minn Malta għall-Awstralja. Il-vara Kristu fl-Ort tal-Ġetsemani u l-vara Ecce Homo waslu biss ftit jiem qabel il-Ġimgħa l-Kbira, iżda, il-Kumitat għamel ċert li kienu parti tal-purċissjoni ta’ dik is-sena. Kummentarju ġi ppreparat u moqri biex jgħin lil dawk preżenti jifhmu aħjar u japprezzaw xkien qed jiġri.


Il-purċissjoni ta’ l-1991 rat l-inklużżjoni ta’ tlett vari oħra (ukol magħmula f’Malta minn Camilleri Cauchi). Dawn kienu Kristu marbut mal-Kolonna, il-Veronika, u r-Redentur. Żewġ bandalori, il-PASSIO DNJC u l-SPQR, ġew magħmula u intużaw għall-ewwel darba dik is-sena. Iktar ilbiesi kienu magħmulin ukoll u, għall-ewell darba, nisa ħadu sehem.

Fl-1993 bdiet il-kostruzzjoni tal-knisja ġdida ddedikata għall-Vittorja. Il-knisja kienet lesta fl-1994 u l-vari żejnuha fir-Randan ta’ dik is-sena. Il-kobor mhux biss għamila aktar faċli biex tiġi organizzata il-purċissjoni, imma ġibet ukol iktar nies: Dik is-sena il-fola kienet madwar l-10,000. In-nies ma’ ġewx biss mit-truffijiet kollha ta’ NSW, iżda wkoll minn Victoria, South Australia u Queensland.


Fl-1997, il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ċċelebrat l-Għaxar Anniversarju. Ġi organizzat program speċjali li kkonsista dramm oriġinali tas-Sur Eddie Busuttil mal-grupp teatrali u kulturali Iċ-Cittadini, msemmi “I am the Way, the Truth and the Life”. Il-Banda Our Lady Queen of Peace Maltese Band NSW daqqet kunċert ta’ Marċi Funebri taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Darmanin. Il-programm kien taħt il-patronaġġ ta’ l-Isqof David Cremen.


F'dawn l-aħħar snin il-Kumitat ikkonċentra biex ikompli isaħħaħ il-purċissjoni. Ġew magħmula aktar ilbiesi ġodda għat-tfal u għal-kbar. Ftit minn dawn l-ilbiesi jirepreżentaw personaġġi mill-Antik Testment, bħal Mose’ u Aronne. Fl-2002, il-Kummitat ikkumissjona lil Camilleri Cauchi biex jgħamel vara oħra: Il-Monument. Din ħarġet għall-ewwe darbal fl-2004.


Il-Banda Our Lady Queen of Peace Maltese Band NSW Inc. hila tieħu sehem fil-purċissjoni sa’ mill-bidu u ddoqq Marċi Funebri. Il-kor tal-Għaqda Kulturali Maltija NSW ukol beda jieħu sehem minn żmien kmieni.


Ħafna nies ħadmu u għadhom jaħdmu iebes fl-istorja qasira tal-purċissjoni biex jagħmluha dik li ħi llum: avveniment b’xi 300 parteċipant u eluf ta’ nies li jiġu jarawha. Il-Puċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Horsley Park hija prova ħajja tat-tradizzjonijiet reliġjużi w kulturali Maltin fl-Awstralja, waħda li tattira nies minn diversi kulturi.

L-Ort

Alfred Camilleri Cauchi (1989)

Il-Marbut

Alfred Camilleri Cauchi (1990)

Ecce Homo

Alfred Camilleri Cauchi (1989)

Il-Veronika

Alfred Camilleri Cauchi (1990)


Ir-Redentur

Alfred Camilleri Cauchi (1990)


Il-Vara L-Kbira

Giuseppe Giansiracusa (1988)


Il-Monument

Alfred Camilleri Cauchi (2004)


Id-Duluri

Mattei Brothers (1987)

0